Internazzjonali

FILMAT GRAFIKU: Id-diżastru li ħalla l-attakk terroristiku f’Nizza

Il-Pulizija għadhom iridu jikkonfermaw l-identità tar-raġel li saq trakk kbir għal nofs il-folla waqt ċelebrazzjoni f’Nizza, bil-konsegwenza li qatel 84 persuna u darab għexieren oħra.

L-attakk qed ikun ikkunsidrat bħala attakk terroristiku hekk kif qed joħorġu dettalji bil-mod il-mod dwar l-identità tar-raġel li wettaq l-attakk. Skont rapporti, kollox jindika li r-raġel għandu 31 sena u hu ta’ oriġini Franċiża-Tuneżina. Rapporti fil-media Franċiża qed jidentifikaw lir-raġel bħala ‘Mohamed Lahouaiej Bouhlel’. Dan għadu ma ġiex ikkonfermat mill-Pulizija.

Intant, filmat mill-attakk juri d-diżastru li rriżulta mill-attakk. Il-filmat jinkludi kontenut grafiku li jista’ jdejjqek.