Lokali

Filmat: Ġurnalisti Maltin u Kroati jinqaflu barra mill-konferenza tal-aħbarijiet tan-nazzjonal Malti

Numru ta’ ġurnalisti Maltin kif ukoll crew Kroat spiċċaw barra l-kanċelli tal-istadium nazzjonali fejn kellha ssir konferenza tal-aħbarijiet mill-kowċ Malti Pietro Ghedin.

Il-konferenza tal-aħbarijiet issejħet lejliet il-partità bejn Malta u l-Kroazja, li tintlagħab għada fid-20:45 u hi valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2016 li tintlagħab fi Franza.

Jirriulta li dan seħħ hekk kif ilbieraħ il-UEFA ħadet deċiżjoni dwar it-termini tal-filming għall-cameramen u u l-ġurnalisti li jsegwu s-sessjoni ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali Malti. Kuntrarju għal dak li kien isir fil-passat, preċiżament fl-16:30 malli kellha tibda l-konferenza tal-aħbarijiet, issakkru l-kanċelli.

Crew ta’ Net television, kif ukoll tal-istazzjon nazzjonali, ġurnali lokali u l-crew  mill-Kroazja baqgħu barra għaliex waslu eżattament żewġ minuti biss wara.

Minkejja li ttieħdet din id-deċiżjoni mill-UEFA, waqt laqgħa li għaliha kien hemm rappreżentant tal-MFA, dawn it-termini ma kinux komunikati lill-ġurnalisti lokali.