Knisja Lokali

Filmat: Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar

Mijiet ta’ persuni nġabru f’Ħaż-Żabbar, għall-purċissjoni tant magħrufa ta’ Ħadd in-Nies. Purċissjoni li sena wara sena tibqa’ żżid fid-devoti li jipparteċipaw fiha.

NetNews tkellem mal-Arċipriet, il-Kanonku Dun Eman Caruana li tana spjegazzjoni tal-attivita’ Ħadd in-Nies:

Din il-purċissjoni penitanzjali bdiet għal ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar, u saret bil-vara tal-Madonna tal-Grazzja madwar it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar. Pero din is-sena saret b’differenza, hekk kif ir-rotta li fiha daret il-vara kienet itwal mis-soltu.

Minħabba li din is-sena kienet okkażjoni unika, kien hemm bżonn il-parteċipazzjoni ta’ 72 reffiegħ, li mhux biss kienu minn Ħaż-Żabbar iżda anke minn barra l-lokalita’. Matul il-purċissjoni l-vara kienet akkumpanjata mill-fratellanzi, membri tal-banda u l-iScouts tal-lokalita’ stess.