Lokali

FILMAT: Helena Dalli tkompli tiġġustifika l-aġir ta’ Debono Grech fil-Parlament

Marlene Farrugia tgħid li l-pożizzjoni ta’ Helena Dalli m’għadiex tenibbli

Waqt li kienet qed tniedi kampanja dwar il-vjolenza domestika, il-Ministru tal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli kompliet tiġġustifika l-aġir tad-deputat Laburista Joe Debono Grech, meta dan fil-Parlament hedded lid-deputat Marlene Farrugia.

Helena Dalli għamlet dawn il-kummenti meta kienet qed tipparteċipa fit-tnedija ta’ kampanja kontra l-vjolenza domestika. Għat-tnedija kien hemm preżenti wkoll il-Ministru tas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia, li qal li l-vjolenza domestika tinkludi wkoll vjolenza verbali.

Mitluba biex tiċċara l-pożizzjoni tagħha, il-Ministru Dalli baqgħet tinsisti u tiġġustifika dak li seħħ.

Hi kienet mistoqsija diversi drabi dwar il-kummenti tagħha wara dak li seħħ. Kummenti li qanqlu wkoll ir-reazzjoni tad-deputat Marlene Farrugia stess, li talbet għar-riżenja ta’ Dalli. Id-deputat Marlene Farrugia ddeskriviet il-kummenti ta’ Helena Dalli dalgħodu bħala ‘skandalużi’ u saħqet li l-pożizzjoni tagħha m’għadiex tennibbli.