Futbol Sport

FILMAT – Hubert Suda jitkellem b’diżappunt dwar kif spiċċa minn ma’ Sliema Wanderers

Ritratt grazzi għal Louis Micallef

Segwi l-intervista li dehret fil-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television, mal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti, Hubert Suda. F’intervista interessanti mal-producer eżekuttiv u presentatur tal-programmi Replay fuq Net Television u Radio 101 Christian Micallef, Suda jitkellem dwar iż-żmien tiegħu bħala plejer tal-futbol ma’ Sliema Wanderers, Valletta u B’Kara kif ukoll dwar meta kien viċin ħafna li jissieħeb ma’ klabba fl-ogħla diviżjoni tal-futbol fil-Ġermanja.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.