Lokali

FILMAT: Id-deputati Laburisti jaħsbu li d-deċiżjoni dwar Konrad Mizzi tirrifletti s-sentiment tal-poplu?

Nhar il-Ħamis li għadda, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar deċiżjoni dwar il-Ministru (issa bla portafoll) Konrad Mizzi u dwar iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.

Id-deċiżjoni ħabbarha wara aktar minn xahrejn ta’ stennija mill-poplu li kien qed jitlob azzjoni kontra Konrad Mizzi u Keith Schembri. Iżda fid-deċiżjoni tiegħu, Muscat ta promozzjoni lil Konrad Mizzi billi għamlu Ministru b’responsabbilta fuq Ministeri oħrajn, filwaqt li tenna li għandu fiduċja f’Keith Schembri.

Id-deċiżjoni (jew nuqqas tagħha) ta’ Joseph Muscat ġabet reazzjonijiet ta’ kundanna mill-pubbliku, li ddeskriva t-tibdil fil-Gvern bħala “farsa”.

Iżda x’jaħsbu d-deputati Laburisti stess dwar id-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri? NETnews.com.mt ħa l-kummenti tad-deputati Laburisti huma u deħlin (jew ħerġin) mill-Parlament.