Lokali

Filmat: Identifikat ir-raġel li sawwat żiemel mixħut mal-art

Raġel li deher f’filmat isawwat żiemel f’nofs ta’ triq ġie identifikat u qed jiġi interrogat mill-Pulizija. L-investigazzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Lara Butters, Mercieca u Herman Mula.

Il-filmat allegatament ittieħed ilbieraħ fis-Swatar wara li ż-żiemel għal xi raġeni waqa’ fl-art u ma setax iqum. Kien hawn li sidu deher jersaq lejh u f’attentat biex iqajmu qabad itih ripetutament bi frosta.

Persuni li kienu fil-qrib ta’ din ix-xena xokkanti saħansitra marru jkellmu lis-sid u talbuh jieqaf, iżda dan ma tax każ. Mhux magħruf x’sar miż-żiemel.