Lokali

FILMAT: Il-ftuħ tal-laqgħa taċ-CHOGM f’Malta

Dalgħodu fetħet l-24 edizzjoni tal-laqgħa taċ-CHOGM, li din is-sena qed issir f’Malta fil-preżenza tar-Reġina Eliżabetta II u żewġha d-Duka ta’ Edinburgh, kif ukoll il-Prinċep ta’ Wales u d-Dukessa ta’ Cornwall.

Fil-preżenza ta’ numru ta’ Mexxejja tal-pajjiżi tal-Commonwealth, fiċ-ċerimonja ħadu sehem fost l-aqwa artisti Maltin, fosthom mużiċisti mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u t-Tenur Joseph Calleja, fejn tiġi varata wkoll il-kanzunetta uffiċjali taċ-CHOGM, “The People we Are”.

Sadanittant, aktar tard matul il-jum, id-Duka ta’ Edinburgh mistenni jħalli l-laqgħat taċ-CHOGM biex iżur il-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt u wara jżur il-Casino Maltese.

Ritratt: Jibdew jaslu l-mistiedna għall-ftuħ uffiċjali taċ-CHOGM.