Lokali

Filmat: Il-Gvern għandu jissospendi n-nomina ta’ Alfred Mifsud sakemm jiġu ċċarati l-allegazzjonijiet – Simon Busuttil

Il-Gvern għandu jissospendi d-deċiżjoni tiegħu li jappunta lil Alfred Mifsud bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta sakemm jiġu ċċarati l-allegazzjonijiet.

Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħħar żviluppi dwar l-allegati każi ta’ korruzzjoni minn negozjant fil-konfront ta’ Mifsud.

Mistoqsi mill-ġurnalisti, Simon Busuttil kompla li jistenna dikjarazzjoni ċara mill-Gvern biex jispjega dak li beħsiebu jagħmel.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar li billi Gvern jappunta Gvernatur tal-Bank Ċentrali, mhijiex xi ħaġa li taffettwa lil Malta biss, iżda taffettwa wkoll ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna.