Festi Kultura

Filmat: Il-Kamra tan-Nar Santa Katerina taż-Żurrieq b’ballun tar-rekords

Fi tmiem il-ġimgħa fiż-Żurrieq se tkun qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Katerina… waħda mill-aħħar festi tal-istaġun.

Għal dan il-għan tħejja programm pirotekniku partikolari li se jkun qed isebbaħ is-smewwiet eżattament lejliet il-festa. Il-preparamenti ilhom li bdew u issa laħqu l-qofol tagħhom bil-preparazzjoni fl-għelieqi minn fejn se jkun qed jinħaraq in-nar.

Stennija partikolari hi għall-ballun b’diametru ta’ 38 pulzier u li jiżen xejn inqas minn 260 kilogramma. Ballun li l-proċess biex sar ħa madwar sena sħiħa ta’ xogħol kif jispjega aħjar Manuel Gauci.

Il-ħarqa tas-Sibt tibda għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija u se jkun fiha taħlita ta’ xogħol pirotekniku li se jagħmel l-ispettaklu wieħed mill-isbaħ.