Futbol Sport

FILMAT – Il-kowċ tal-iStripes ipoġġi lil Hibernians favoriti

Ritratt ta' Christine Borg

B’Kara u Hibernians huma ż-żewġ timijiet li staġun ilu rebħu l-ogħla żewġ unuri tal-istaġun lokali. Preżentament it-tnejn li huma jinsabu fl-ewwel tliet postijiet tal-klassifika, b’Hibernians it-tieni u wara r-rebħa tal-lum ta’ Valletta kontra Qormi, huma jinsabu sitt punti taħt il-Beltin filwaqt li l-iStripes jinsabu fit-tielet post tal-klassifika, bl-istess ammont ta’ punti daqs Balzan u ħames punti taħt Hibernians.

Qabel il-punti fil-klassifika jinqasmu fit-tnejn, għada l-Ħadd fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, B’Kara u Hibernians se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin fl-4pm fl-aktar konfront interessanti mill-programm ta’ partiti ta’ tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier.

Segwi dan is-servizz dettaljat, b’kitba tal-ġurnalist sportiv ta’ Net Television Christian Micallef, u li deher f’Replay Preview tal-bieraħ filgħaxija li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television:

Intant għada ukoll fis-2pm u fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, tispikka ukoll il-partita bejn Balzan u Floriana. Din il-logħba mistennija tkun waħda missielta bejn żewġ timijiet li qed jaspiraw għal post fl-Ewropa fl-aħħar tal-istaġun u s’issa qed ikollhom Kampjonat tajjeb. Indubjament bħalissa Balzan hu t-tim tal-mument fejn rebħu l-aħħar ħames partiti fil-Kampjonat u soffrew biss żewġ gowls waqt li żammew clean sheet fl-aħħar tliet partiti li lagħbu.

Minn naħa l-oħra Floriana rebħu l-aħħar partita kontra Pembroke Athleta u jinsabu tliet punti taħt it-tielet post B’Kara u Balzan. Dan kollu għandu jagħmel dan il-konfront wieħed missielet u mistenni.

F’dan is-servizz li deher f’Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija, jitkelmu ż-żewġ kowċis rispettivi; Oliver Spiteri ta’ Balzan u Luis Oliveira ta’ Floriana:

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.

Ritratt ta’ Christine Borg.