Lokali

Filmat: Il-kriminologu Dr. Trevor Calafato jwissi kontra allariżmu esaġerat f’dak li għandu x’jaqsam mat-terroriżmu

Filmat wara l-ieħor u aħbar wara l-oħra dwar l-attakki terroristiċi li qed iseħħu madwar id-dinja wasslu għal allarm fost ħafna.

Madankollu, f’intervista lil dan l-istazzjon, il-kriminologu Dr. Trevor Calafato jfakkar li l-problema tat-terroriżmu mhix xi ħaġa li bdiet illum.

Matul is-snin it-terroriżmu beda jsir iktar evidenti, hekk kif fi ftit minuti malli jseħħ attakk terroristiku f’naħa tad-dinja, kulħadd ikun jaf.

Iżda għalkemm iwissi kontra l-allarmiżmu esaġerat, Dr. Calafato jippreċiża li wieħed m’għandux jinjora li l-problema tat-terroriżmu teżisti.

Fil-kummenti tiegħu, Dr Calafato jfakkar ukoll li madwar id-dinja ma jeżistux gruppi biss bħall-ISIS, fanatiċi reliġjużi, imma wkoll gruppi oħra b’għanijiet differenti li għalkemm mhux bilfors iwettqu attakki bl-għan li joqtlu lin-nies, spiss jagħmlu attakki li jwasslu għal ħsara fuq bini, monumenti jew postijiet oħra biex b’hekk iwasslu messaġġ.