Internazzjonali

FILMAT: “Il-kumpaniji fil-Panama legali…u hija propju din il-problema” – Barack Obama

“Ħafna mill-kumpaniji sigriet fil-Panama saru permezz ta’ strutturi legali. U hija eżattament din il-problema ta’ dan l-iskandlu”. Hekk stqarr il-President Amerikan meta lbieraħ kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet mill-White House.

Barack Obama sostna li dawn il-kumpaniji offshore u l-kontijiet barra l-pajjiż qed jinfetħu minn nies li għandhom ħafna avukati tajbin u li għandhom ħafna flus. Dawn l-istess nies qed jiżgiċċaw mir-regoli u jduru mal-liġijiet biex ma jinqabdux.

Obama qal illi l-evazjoni tat-taxxa saret problema globali.

F’aktar aħbarijiet, qed ikomplu t-tħejjijiet għas-summit internazzjonali li se jitlaqqa’ mir-Renju Unit bit-tema tkun il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.