Lokali

FILMAT: Il-Ministru Konrad Mizzi ma wera ebda ndiema għal dak li ġara fl-iskandlu tal-Panama

F’kumment lill-ġurnalisti, il-Ministru Konrad Mizzi nnifsu ddikjara li ma offriex li jirriżenja minn Ministru u kien Muscat li offrielu biex jibqa’ fil-Kabinett. Madankollu, fil-każ tal-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Konrad Mizzi qal li offra r-riżenja tiegħu.

Mistoqsi għal darba darbtejn mill-ġurnalisti, il-Ministru Konrad Mizzi ma wera l-ebda ndiema għall-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama. Mistoqsi wkoll dwar jekk hux se jibqa’ jinnegozja mal-Ażerbajġani, Konrad Mizzi kien evażiv għalkemm ikkonferma kif fir-realtà ma nbidel xejn fil-qasam tal-Enerġija u l-Proġetti.

Dwar jekk iħossux li spiċċa ssagrifikat meta lilu tteħidlu l-Portafoll u Keith Schembri ma ġralu xejn, Konrad Mizzi qal biss li jħossu privileġġjat li jaħdem mill-qrib ma’ Keith Schembri … issa aktar minn qatt qabel, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.