Futbol Lokali Sport

FILMAT: Il-plejer internazzjonali Andre Schembri jiskorja l-ewwel gowl ma’ Boavista

Il-plejer internazzjonali Malti Andre Schembri jiskurja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim ta’ Boavista.

Kien fis-36 minuta meta Andre Schembri fetaħ ir-riżultat tal-logħba u tefa lil Boavista fil-vantaġġ. Ballun għoli li qasam il-grawnd mill-kantuniera tax-xellug, jispiċċa f’saqajn Renato Sanches li jagħti xutt fl-arja qabel ma jaħbat mal-art mit-tarf tal-kaxxa, fejn il-ballun jagħmel triqtu fid-direzzjoni tal-attakant Malti li b’daqqa ta’ ras jegħleb lill-gowlkijper tat-tim Portugiż Chaves.

Minkejja l-gowl ta’ Andre Schembri, Boavista spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Chaves fil-kampjonat Portugiż tal-Primeira Liga.

Andre Schembri, ta’ 30 sena, ingħaqad mat-tim il-ġdid tiegħu ta’ Boavista f’Ġunju li għadda, fejn qabel kien jilgħab mat-tim Ċiprijott ta’ AC Omonia.

Boavista

Filmat tal-ewwel gowl tal-plejer internazzjonali Malti Andre Schembri ma’ Boavista:

https://www.facebook.com/colin.giudice/posts/10153996256291785