Lokali Rugby Sport

FILMAT: Il-punti kollha li wasslu għar-rebħa tal-Maltin fil-finali tar-rugby fl-Ungerija

It-tim nazzjonali tar-rugby tal-irġiel ippubblika filmat li juri l-punti kollha li wasslu għar-rebħa tal-Maltin fil-finali tal-‘Rugby Europe Sevens, 2016 Men’s Conference 2’ li saret f’Esztergom fl-Ungerija fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

It-timijiet nazzjonali tar-rugby tal-irġiel u tan-nisa waslu lura Malta t-Tnejn wara s-suċċessi li kisbu rispettivament. It-tim nazzjonali tar-rugby Sevens tal-irġiel rebaħ il-final tal-Europe Sevens Conference meta fil-finali għeleb lil Montenegro 19-0.

Min-naħa l-oħra, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa wasal sal-finali tar-rugby Europe Conference 1 li saret f’Sarajevo, iżda fil-finali waslu 15-7 kontra l-Latvja.