Kurżitajiet

FILMAT: Iljunfant jisfratta u jkisser kull ma jiġi quddiemu

Filmat ġdid juri iljunfant sfrattat ikisser kull ma jiġi quddiemu f’Bengal fl-India.

L-iljunfant kisser aktar minn 100 struttura differenti, fosthom bini tal-għarix fil-villaġġ ta’ Ektiasal. Uħud minnhom jintużaw bħala djar.

Fl-istess waqt, għexieren ta’ persuni jidhru qed jipprovaw jaħarbu l-periklu li ġab miegħu dan l-iljunfant.

Residenti f’dan il-villaġġ qalu li l-iljunfant daħal minn foresta fil-qrib u spiċċa qered ħafna djar. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Dawn it-tip ta’ inċidenti saru komuni fl-Indja minħabba l-qerda mill-bniedem tal-abitat tal-annimali.