Lokali

Filmat: Illejla Le Iene jevadu s-sigurta’ tal-Parlament waqt investigazzjoni f’Malta

Fl-edizzjoni ta’ llejla ta’ Le Iene, pajjiżna se jissemma f’investigazzjoni li saret minn crew ta’ dan l-istazzjon b’rabta ma’ pagamenti li l-Gvern Malti għadu ma ħallasx lil kumpanija Taljana involuta fil-bini tal-Parlament il-ġdid fid-daħla tal-Belt Valletta.

Kif jidher f’teaser ippublikat mill-istess programm fuq Facebook, il-ġurnalisti tal-Italia 1 irnexxielhom jidħlu fil-binja tal-Parlament u jissuperaw is-sigurtà mingħajr ħadd ma jintebaħ.

Dawn daħlu fil-bini u spiċċaw fil-lift qabel membri tas-sigurtà tal-Parlament indunaw b’dak li kien ġara, intervjenew minnufih u l-crew twaqqaf hekk kif ħareġ minn wieħed mil-lifts li hemm fil-binja u tkeċċa ’l barra mill-bini tal-Parlament.

Din l-istorja kienet ġiet żvelata, u issa kkonfermata, fil-ħarġa ta’ il-mument tal-Ħadd li għadda.