Futbol Sport

FILMAT – Illum jintlagħab id-derby l-antik ta’ Malta

Illum fil-5pm, fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, jintlagħab id-derby l-antik ta’ Malta bejn Sliema Wanderers u Floriana. Din il-partita hija valida mis-seba’ ġurnata mill-Kampjonat Premier u l-bieraħ fil-programm sportiv, Replay Preview fid-9pm fuq Net Television, kien hemm servizz speċjali qabel din il-partita b’intervisti mal-kowċis u plejers rispettivi.

Tistgħu ssegwu din l-intervista permezz ta’ dan l-artiklu u l-Facebook Page ta’ Replay:

Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Association, Optica u Dizz Group of Companies.

Ritratt ta’ Christine Borg.