Lokali

Filmat: Invażjoni ta’ ġrieden qrib skola fil-Birgu

Filmat ġdid li ttella’ fuq Facebook juri invażjoni ta’ ġrieden fit-triq ta’ wara l-Kulleġġ De La Salle fil-Birgu.

Residenti fiż-żona tal-Kulleġġ ta’ De La Salle qegħdin jappellaw lill-awtoritajiet konċernati biex tittieħed azzjoni mmedjata dwar infestazzjoni ta’ ġrieden.

Evidenti ammont kbir ta’ ġrieden ħerġin mill-ħitan mal-ġenb tat-triq, bil-ġrieden jiġru matul il-bankina.