Lokali

FILMAT : Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni u l-Prinċep Philip jirkbu luzzu tradizzjonali Malti

Hekk kif ir-Reġina Eliżabetta t-tieni u d-Duka ta’ Edinburgh il-Prinċep Philip temmew żjara fiċ-ċentru ta’ Bighi fil-Kalkara fejn kien sparat salut ta’ 21 tir mill-Barrakka t’Isfel il-koppja Rjali rikbu luzzu tradizzjonali Malti lejn il-Belt, fejn niżlu fiż-żona tad-dwana. Fil-Port il-Kbir il-koppja Rjali ingħataw ukoll tislima mill-baħrin tal-HMS Bulwork .

Fid-dwana r-Reġina u l-Prinċep intlaqgħu mill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis li introduċa lir-Reġina lill-uffiċjali tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u s-Sindku tal-Belt Alexei Dingli. Fil-bini tad-dwana, ir-Reġina kixfet lapida li tfakkar iż-żjara ta’ missiera, r-Re George VI, fl-1943.