Lokali

FILMAT : Is-Subway ta’ Bieb il-Bombi fi dlam ċappa għal aktar minn ġimgħa

Ritratt : facebook

Diversi persuni tkellmu ma’ Net News dwar il-periklu li qed jinħoloq fis-subway ta’ Bieb il-Bombi, dan għaliex, wara aktar minn ġimgħa jsiru diversi rapporti lill-Awtoritajiet, is-subway baqgħet bla dawl. Kawża ta’ dan, ħafna qed jispiċċaw jew ma’ jgħaddux mis-subway u jaqsmu fit-triq traffikuża, jew jgħaddu mis-subway fi dlam ċappa.

Net News jinsab infurmat li hija Transport Malta l-awtorita’ responsabbli biex tbiddel sempliċiment bozoz f’din is-subway u l-kunsill lokali tal-Floriana ilmenta diversi drabi fl-aħħar ġimgħa dwar dan, iżda xorta waħda ma sar xejn.