Futbol Sport

Filmat: It-tim nazzjonali tal-Kroazja jasal f’Malta

It-tim nazzjonali tal-Kroazja wasal f’pajjiżna f’titjira ftit wara s-13:00 lejliet il-partita kontra Malta, valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2016. Il-partita’ tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, fid-20:45.

Għall-Kroati din hi logħba kruċjali hekk kif rebħa tħallihom biċ-ċans li jagħmluha għar-rawnd finali tal-EURO li s-sena d-dieħla se ssir fi Franza. Fil-preżent jinsabu żewġ punti taħt in-Norveġja, fit-tielet post, meta għad fadal biss logħba.

Għal-logħba kontra Malta, il-Kroati tilfu s-servizzi tal-attakkant ta’ Juventus Mario Mandžukić u l-midfielder ta’ Real Madrid Luka Modric.

Madankollu l-iskwadra hi mimlija bi plejers ta’ livell għoli bi plejers bħad-difensur Darijo Srna, li hu l-captain, kif ukoll il-midfielders Ivan Perišić (Inter), Ivan Rakitić (Barcelona), Luka Modrić (Real Madrid) u Mateo Kovačić (Real Madrid) fost l-oħrajn.