Ekonomija Lokali Parlament Saħħa

Filmat: Iż-żieda għall-kontribuzzjoni valida tal-bolla hi punt negattiv – MUMN

L-MUMN tqis li ż-żieda li ntroduċa l-Gvern fil-baġit ta’ din is-sena għall-kontribuzzjoni valida tal-bolla għal dawk li twieldu wara l-1968, għaliex fi kliem Colin Galea din se taffettwa ħażin ukoll anke’ lill-membri tagħha.

Madankollu fisser li l-MUMN tinsab sodisfatta li l-Gvern laqa’ tnejn minn tliet proposti li ressqet hi fosthom dik tal-living carers, li fi kliemu se tnaqqas l-anzjani mill-waiting lists u l-iffullar fl-Isptar Mater Dei kif ukoll il-bini ta’ car park ġdid fl-iskema ta’ public private partnership.

L-MUMN tinnota wkoll l-estensjoni fil-kura primarja imma għamilha ċara u wissa’ li jekk mhux se jiġu nvoluti l-infermiera u l-midwives, din l-inizjattiva mhux se tħalli l-frott daqs kemm wieħed jixtieq.
Fuq kollox fisser dan il-baġit bħala wieħed pożittiv għalkemm bħal dejjem il-union li jirrappreżenta xtaqet l-inklużjoni ta’ affarijiet oħra.