Anzjana ta’ madwar 80 sena spiċċat vittma ta’ ħalliel illi fi tmiem il-ġimgħa ħatfilha ġiżirana u telaq jiġri biha. Il-każ seħħ f’Ħal Qormi, meta l-mara kienet qed tistenna tal-linja.
F’dawn il-filmati, il-ħalliel jidher jaħrab minn Triq San Bastajn lejn Triq Santu Rokku.
Minn għandu xi informazzjoni dwar l-identita’ tar-raġel huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija.
//= $special ?>