Lokali

FILMAT : Jibda x-xogħol fuq il-gallarija tal-Barracuda

Wara l-inċident ta’ ġimgħa ilu, dalgħodu beda x-xogħol fuq il-gallarija tar-ristorant Barracuda.

Fuq il-post illum kien hemm braken u inġenji oħra li bdew ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni waqt li fl-istess ħin qed issir ukoll inkjesta maġisterjali.

Fl-inċident ta’ ġimgġa ilu weġġgħu 8 persuni wara li ċediet il-gallarija. L-inċident seħħ waqt li diversi persuni kien qed jieklu fit-terrazin.

Is-sidien tar-ristorant qed jagħmlu wkoll inkjesta indipendenti dwar dan l-inċident biex jistabbilixxu għaliex il-gallarija ċediet.