Mużika

FILMAT : Jisfida l-marda tal-ALS u jbikki l-udjenza ta’ Sanremo

Il-mużiċista Ezio Bosso, li fl-aħħar erba’ snin ħajtu nħakmet mill-marda terminali tal-ALS, ilbieraħ filgħaxija ġibed l-ammirazzjoni tal-udjenza ta’ Sanremo u tal-pubbliku. Lil Bosso, ħafna ddeskrivewh bħala artist ta’ veru.

F’messaġġ li għamel, Bossa qal, “Ftakru li l-mużika hi bħall-ħajja, tista’ ssir biss flimkien.”

Bosso hu magħruf sew fil-kamp mużikali, forsi iktar barra mill-Italja milli fl-Italja stess.

Illejla Ezio Bosso se jdoqq fir-Royal Opera House ta’ Londra u għada mal-London Symphony Orchestra.