Lokali

FILMAT: Jiżdied it-traffiku fit-tieni jum tal-iskola

Fit-tieni jum tas-sena skolastika kompla jiżdied it-traffiku madwar Malta. NETnews.com.mt irċieva bosta rapporti ta’ traffiku ġġammjat f’diversi nħawi f’Malta, fosthom mit-Telgħa t’Alla w’Ommu san-Naxxar u Triq il-Mosta f’Birkirkara.

Aktar kmieni kien rappurtat ukoll traffiku qawwi fil-by-pass ta’ Birkirkara u fil-by-pass ta’ bejn il-Ħamrun u l-Marsa, partikolarment fiż-żona ta’ qrib ir-roundabout ta’ Ħal Qormi.

Diversi sewwieqa qed jesprimu tħassib għall-fatt li t-traffiku diġa żdied minkejja li għadhom ma fetħux il-bibien tagħhom numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi, fosthom l-Università għall-istudenti l-ġodda u l-MCAST.