Filmat: “Joseph Muscat qabeż kull limitu ta’ diċenza” – Simon Busuttil

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qabeż kull limitu ta’ diċenza, meta fl-aħħar jiem iddefenda liċ-Chief of Staff tiegħu, li hu involut f’każ ovvju ta’ kunflitt ta’ interess.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan f’kummenti ma’ NETnews, b’reazzjoni għad-difiża ta’ Muscat fil-konfront ta’ Keith Schembri.

L-istorja hi kunflitt ta’ interess hekk kif Keith Schembri huwa involut f’kumpanija li f’Malta tirrapprezenta lill-Crane Currency, kumpanija li maghha l-Gvern ghamel tahdidiet biex tigi topera f’Malta.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sahaq li l-kwistjoni mhux se tieqaf hawn ghax dan hu kaz car ta’ kunflitt ta’ interess.

Ma’ NETnews, Simon Busuttil qal li Joseph Muscat kien diġa qabeż il-limitu ta’ diċenza meta kien iddefenda akkost ta’ kollox lil Keith Schembri li kien inqabad li fetaħ kumpanija sigrieta fil-Panama. Dan il-każ ikompli jikkonferma kemm il-Prim Ministru issa reġa’ qabeż kull limitu ta’ diċenza.