Futbol Sport

FILMAT – Justin Haber jista’ jiddebutta maċ-champions kontra l-eks tim tiegħu

L-akkwist il-ġdid ta’ Hibernians, il-gowlkiper Justin Haber jista’ jidebutta nhar il-Ħadd li ġej fil-Kampjonat Premier kontra l-eks tim tiegħu B’Kara. Fil-ġimgħat li għaddew Haber kellu jagħmel operazzjoni meta kien weġġa’ ma’ B’Kara u issa qed iħares b’ottimiżmu sabiex jilgħab għall-ewwel darba ma’ Hibernians wara li ssieħeb magħhom fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti.

Haber tkellem ma’ Replay, f’intervista għall-programm Replay Preview li jixxandar il-Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.