Lokali

FILMAT: Konrad Mizzi jirrifjuta stedina waqt Xarabank

Il-Ministru Konrad Mizzi rrifjuta stedina biex jitkellem waqt il-programm Xarabank.

Dan ġie żvelat mill-preżentatur Peppi Azzopardi fil-bidu tal-programm Xarabank tal-lejla, li qed jiddiskuti l-iskandlu tal-Panama.

Fl-iskandlu tal-Panama, Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri nqabdu li għandhom kumpaniji sigrieti fil-Panama.

Fl-aħħar jiem, Konrad Mizzi evita wkoll dibattitu mad-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia li stednitu għal diskussjoni.

Waqt il-programm Xarabank, f’diversi drabi, il-Ministru Chris Cardona deher aġitat tant li żbroffa aktar minn darba.

F’kummenti li għadda Mario Mallia mill-Alternattiva Demokratika, qal li Konrad Mizzi kellu jitlaq mal-ewwel filwaqt li żied li ma jistax jifhem kif il-Prim Ministru ddefendieh.