Futbol Sport

FILMAT – L-ewwel Niġerjan fl-istorja li lagħab għat-tim nazzjonali Malti

Segwi l-intervista li dehret fil-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television, mal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti, Chucks Nwoko. Dan il-plejer kien l-ewwel Niġerjan li qatt liebes il-flokk tat-tim nazzjonali waqt li fil-karriera tiegħu lagħab fost oħrajn ma’ B’Kara, M’Xlokk, Sliema Wanderers u Qormi. Apparti minn hekk hu lagħab ukoll ma’ CSKA Sofia fil-Bulgarija.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.