Kultura Lokali Mużika

FILMAT: L-għaxar edizzjoni tal-Isle of MTV f’Malta

Ritratt : Gianfranco Stellini Photography

Għall-għaxar sena konsekuttiva, l-Isle of MTV – Malta 2016 reġa’ ġie organizzat fuq il-Fossos tal-Floriana. Madwar 50,000 persuna marru jaraw dan l-ispettaklu annwali, li jpoġġi lill-pajjiżna fuq il-mappa tal-ispettaklu u divertiment madwar id-dinja.

F’dan il-kunċert, ħadu sehem mużiċisti ta’ fama mondjali, fosthom talenti mir-Renju Unit li inkludew lill-kantanta rebbieħa ta’ Grammy award Jess Glynne u l-grupp Clean Bandit; ir-rapper Amerikan Wiz Khalifa, u temm l-ispettaklu id-DJ renomat Steve Aoki.

Ir-rapper Wiz Khalifa, minkejja l-kontroversja li qajjem f’pajjizna dwar numru ta’ ritratti li tella’ fuq il-media soċjali waqt li kien f’pajjiżna, uża dan il-kunċert sabiex beda t-tour tiegħu madwar l-Ewropa.

Waqt l-istess serata, id-DJ Steve Aoki biex jiċċelebra l-għeluq tal-10 snin anniversarju tal-Isle of MTV għażel mod differenti, fejn waddab għaxar kejkijiet fuq iż-żgħażagħ preżenti bħala parti minn dan l-ispettaklu uniku.

L-Isle of MTV serva ta’ reklam għall-pajjiżna, hekk kif dan il-kunċert fil-gżira tagħna ġie trasmess live fuq stazzjonijiet madwar id-dinja. Dan il-kunċert ma ħadux sehem biss personaġġi renomati b’fama internazzjonali, iżda serva ta’ promozzjoni wkoll għat-talent lokali. Matul is-serata filfatt, l-folla numeruża kellha l-opportunita’ li tara kantanti Maltin fosthom lil Amber, Airport Impressions, Davinia, DJ Pierre Cordine u DJ Ruby.