Knisja

Filmat: L-Isqof Silvestru Magro jtemm il-ħidma tiegħu fil-belt ta’ Benghazi – jinħatar il-Monsinjur George Bugeja

Il-Papa Franġisku aċċetta r-riżenja tal-Isqof Monsinjur Silvestru Magro mill-kura pastorali tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Benghazi fil-Libja. Fl-istess komunikat uffiċjali, maħruġ min-Nunzjatura Appostolika fil-Libja, Monsinjur George Bugeja inħatar bħala Ammnistratur Appostoliku tal-Vigarjat ta’ Benghazi.

Il-Papa Franġisku fl-ittra rringrazja lill-Isqof Emeritu Silvestru Magro tal-ħidma li wettaq u ta’ kemm kien dejjem viċin l-Insara f’Benghazi.

L-Amministratur Appostoliku l-ġdid, Monsinjur George Bugeja, għandu 53 sena u huwa Patri Reliġjuż fi ħdan l-Ordni tal-Franġiskani Minuri.

Huwa nħatar mill-Papa bħala l-Vigarju Episkopali ta’ Tripli fl-10 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet u rċieva l-Ordinazzjoni Episkopali fl-4 ta’ Settembru. Huwa kien il-pirjol f’bosta kommuniatjiet Franġiskani madwar Malta. Huwa serva wkoll bħala Kappillan fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor fost xogħol iħeor fi ħdan il-knisja kattolika.

Segwi l-filmat t’hawn taħt biex issegi intervista li l-kamrta tal-aħbarjiet kienet għamlet lill-Isqof Monsinjur Silvestru Magro.