Lokali

Filmat: L-istorja ta’ Shyli f’kanzunetta rap fuq Facebook li qasmet il-qlub

Meta kien għad kellha biss sentejn, Shyli tilfet lil missierha u ħajjitha nqalbet ta’ taħt fuq.

Minn dakinhar, Shyli qabdet it-triq għan-niżla, irvillat, bdiet issofri wkoll mid-dipressjoni u saħansitra ċediet għall-vizzji.

Imma ħajjtiha nbidlet meta ltaqgħet ma’ tfajla oħra, saru ħbieb kbar u saħansitra għamlu patt li ħajjitha tinbidel.

“Għall-ewwel darba f’ħajti kelli lil xi ħadd hemm għalija, tispjega Shyli f’lkummenti lil danis-sit, “u minħabba dan il-patt erġajt qomt fuq saqajja.”

Kien għalhekk li Shyli kitbet kanzunetta fuq stil rap bl-iskop li bl-esperjenza tagħha toffri kuraġġ lil ħaddieħor, lil ħafna tal-eta’ tagħha li għaddejjin minn żmien diffiċli.