Lokali

FILMAT: Le Iene jippressa lil Joseph Muscat dwar djun tal-Gvern fuq il-Parlament

Il-programm satriku Taljan li jiffoka fuq każi li jimmerita investigazzjoni Le Iene jippressa lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar djun li l-Gvern Malti baqa’ ma ħallas xlil kumpanija Taljana li kienet involuta ifl-bini tal-parlament il-ġdid.

Minbarra li jippressa lill-Prim Ministru Muscat b’diversi mistoqsijiet Le Iene intervista wkoll uffiċjal tal-kumpaniaj Taljana CFF Filiberti li qed issostni li għandha tieħu €3.5 miljuni mningħand il-Gvern Malti.

Ix-xogħlijiet li wettqet din il-kumpanija kien fuq il-faċċata tal-parlament l-ġdid. Il-kumpanija Taljana rebeħt l-offerta fl-2011 iżda l-uffiċjal tal-kumpanja jsostni li kien bsis wara li kien elett il-Gvern Laburista li bdew il-problemi dwar nuqqas ta’ ħlasijiet mill-Gvern Malti. L-uffiċjal Taljan sostna li r-raġuni li ta l-Gvern Malit kien minħabba li kien hemm difetti fix-xogħlijiet magħmula mill-kumpaniaj Taljana.  Din l-allegazzjoni qed tiġi miċħuda mill-kumpanija Taljana. Mill-intervista fil-progrmam jririżulta li l-Gvern Malti qed joffri li jħallas pagament ta’ €500,000 bħala somma ifnali lll-kumpanija Taljana.

Tul l-intervsita ma’ Le Iene l-Prim Ministru deher imfixkel mill-mistoqsijiet tal-ġurnalist u f’mumenti pprova anki jkun sarkastiku. F’mumenti waqt l-intervista l-Prim Ministru pprova jevita l-mistoqsijiet  li kienu mbarazzanti u li kien ovvju li l-Prim Ministru ma kellux tweġiba għalihom.

Agħfas hawn biex tara s-servizz li xxandar ilbieraħ filgħaxija.