Fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama, il-Ministru Konrad Mizzi dalgħodu ngħata merħba ta’ eroj mil-Laburisti li nġemgħu għal attivita’ politika f’Għawdex.
Dan fl-isfond ukoll ta’ storja ppubblikata fil-ġurnal The Malta Independent, li fiha qed jiġi rrappurtat li Joseph Muscat qed iħabbat wiċċu mal-ewwel kunflitt intern fi ħdan il-Partit Laburista minn mindu ġie elett fil-Gvern tlett snin ilu.
Fl-iskandlu tal-Panama, il-Ministru Konrad Mizzi nqabad li għandu kumpaija sigrieta fil-Panama, pajjiż blacklisted mill-Unjoni Ewropea u li kien blacklisted qabel infetħet il-kumpanija sigrieta ta’ Konrad Mizzi. Anke ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, għandu kumpanija sigrieta fil-Panama, li nfetħet fl-istess żmien ta’ Konrad Mizzi.
Dalgħodu, appena tfaċċa fis-sala fejn qed issir l-attivita’, Konrad Mizzi ngħata merħba ta’ eroj bl-għajjat ta’ “Konrad Mizzi, Konrad Mizzi!”.
Ftit ġimgħat ilu, f’attivita’ oħra tal-Ħadd filgħodu, il-Laburisti kienu wkoll taw merħba ta’ eroj lill-eks Segretarju Parlamentari Michael Falzon, li kien sfurzat jirriżenja minħabba l-iskandlu Gaffarena. S’issa madanakollu, fil-każ tal-iskandlu tal-Panama, il-Prim Ministru ddefenda lil Konrad Mizzi b’qawwa kbira fejn insista li ma sar xejn ħażin.
//= $special ?>