Internazzjonali

Filmat: Miet il-kantant Maurice White ta’ Earth, Wind & Fire

Maurice White, il-kantant u kompożitur li waqqaf il-grupp popolari Earth, Wind & Fire, miet f’Los Angeles fl-età ta’ 74 sena. White kien ilu s-snin ibati bil-marda tal-Parkinson’s u l-kundizzjoni tiegħu kienet qalbet għall-agħar fix-xhur riċenti.

L-Earth, Wind & Fire hu isem rinomat fil-mużika soul u jazz-funk; il-grupp kellu sensiela ta’ suċċessi fis-snin sebgħin b’kanzunetti bħal ‘September’, ‘Boogie Wonderland’, ‘Shining Star’ u ‘After the Love has Gone’.

White kien ammess fis-Songwriters Hall of Fame fl-2010, waqt li l-grupp Earth, Wind & Fire kien ġie inkluż fis-Songwriters Hall of Fame daqs għaxar snin qabel.

Il-grupp biegħ aktar minn 90 miljun album madwar id-dinja, b’Maurice White jikkollabora wkoll ma’ artisti famużi bħal Barbra Streisand, Cher, Neil Diamond u The Emotions.