Lokali

Filmat: Min jirriċikla l-aktar ikun ippremjat – Proġett Pilota miill-Green MT

Il-Kunsill Lokali tal-Iklin ntagħżel għall-proġett pilota imexxi mill-Green Mt sabiex ir-residenti jkunu dejjem aktar inċentivati biex jirriċilkaw l-iskart.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li la darba din l-inizjattiva tissarraf f’suċċess fl-Iklin, tkun introdotta f’aktar lokalitajiet.

Iżda din l-inizjattiva kif se titħaddem? Marcel Mizzi direttur tal-proġett iRecycle, qal li l-progett se jkun mifrux fuq 40 ġimgħa u għandu l-iskop sabiex il-boroż is-suwed tal-iskart jintużaw mill-inqas.

Marcel Mizzi spjega wkoll kif f’dan il-proġett se jkun hemm l-introduzzjoni ta’ tabelli li jgħalqu l-boroż il-griżi u li fuqhom se jkollhom barcode.

Id-direttur tal-proġett qal kif permezz ta’ din is-sistema se jkunu jafu min huma l-familji li l-aktar jirriċiklaw biex imbgħad dawk il-persuni jingħataw rigal.

Waqt il-konferenza kien hemm preżenti l-Ministru responsabbli għall-Ambjent Jose Herrera, is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo u anke s-Sindku tal-Iklin Anthony Dalli li minn naħa tiegħu qal li f’ġimgħatejn kemm ilha titħaddem l-iskema diġa’ qed jaraw riżultati sodisfaċenti għalkemm hemm mal-100 familja fl-Iklin li għadhom mhux parteċipi.