Internazzjonali

FILMAT: Mument ta’ ansjetà mill-Papa Franġisku

Mumenti ta’ ansjetà għall-kundizzjoni tas-saħħa tal-Papa Franġisku waqt iż-żjara tiegħu fil-Messiku. Dan wara li deher jinżel f’daqqa’ waħda fuq siġġu waqt li kien fil-Bażilika tal-Madonna ta’ Gwadaloupe fil-Belt tal-Messiku.

Iżda l-kelliem tal-Vatikan spejga li bħal kull persuna tal-età tiegħu, il-Papa kien għajjien u dak li ġara kien biss l-effett tal-għejja fuqu.

Il-Papa jinsab fuq żjara impenjativa ta’ ħamest ijiem fil-Messiku. Żjara fejn reġa’ ċanfar ir-regħba għall-flus l-bżonn li l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga tikber u ssir anki mill-Knisja Kattolika.