Filmat: Muscat jgħid li Joe Mizzi qed jagħmel xogħlu

"Joe Mizzi qed jaħdem." Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha Netnews.com.mt staqsa jekk il-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi huwiex falliment ta' dan il-Gvern.Lura f'Jannar tal-2014, Joe Mizzi kien qal waqt il-programm 'Dissett' biex nistennew u naraw, iżda kważi sentejn wara, f'Settembru 2015, l-istess Ministru ammetta li hawn problema ta' traffiku u li "ma jistax jagħmel mirakli."

“Joe Mizzi qed jaħdem.” Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha Netnews.com.mt staqsa jekk il-Ministru tat-Traffiku Joe Mizzi huwiex falliment ta’ dan il-Gvern.

Lura f’Jannar tal-2014, Joe Mizzi kien qal waqt il-programm ‘Dissett’ biex nistennew u naraw, iżda kważi sentejn wara, f’Settembru 2015, l-istess Ministru ammetta li hawn problema ta’ traffiku u li “ma jistax jagħmel mirakli.”

Hu mistenni li fil-baġit ta’ nhar it-Tnejn jitħabbru miżuri biex il-Gvern isolvi l-problema li ħalla tikber; dik tat-traffiku u l-konġestjoni f’kull ħin tal-ġurnata.