Lokali

Filmat: Muscat jiddefendi lil Glenn Bedingfield

L-assistent tal-Prim Ministru Glenn Bedingield ilu għal dawn l-aħħar numru ta’ ġimgħat ikkritikat għall-fatt kif qed jikser il-prinċipji tal-etika billi jikteb blogs biex jattakka lil ħaddieħor.

Dan għaliex, Glenn Bedingfield, joqgħod jikteb dawn il-blogs waqt li suppost ikun qed jaħdem fl-Uffiċju tal-Prim Ministru bħala assistent tal-Prim Ministru.

Joseph Muscat kien mistoqsi mill-ġurnalisti jekk Glenn Bedingfield għandux l-approvazzjoni tiegħu biex jikteb dan il-blogg, speċjalment ladarba qed jitħallas mit-taxxi pubbliċi waqt li jagħmel dan. Il-Prim Ministru iżda wieġeb li Bedingfield m’għandux bżonn l-approvazzjoni tiegħu.

Mistoqsi jekk dak li qed jikteb Glenn Bedingfield għandux il-barka tal-Prim Ministru, Muscat sempliċiment wieġeb “freedom of expression”.

Fl-aħħar ġimgħat, Bedingfield kien kritikat saħansitra minn Laburisti stess li qalu li ma jaqblux mal-mod kif Bedingfield qed juża l-blog tiegħu biex jattakka lil ħaddieħor – speċjalment meta dan qed isir fil-ħin tax-xogħol waqt li qed jitħallas mit-taxxi tal-poplu.