Lokali Mużika

Filmat: NETnews.com.mt isellem il-memorja ta’ DJ Lito – il-Ħamis se jingħata l-aħħar tislima

Kummenti ta’ dieqa fil-qasam mużikali f’pajjiżna, b’mod partikolari fix-xena tar-rock, wara li sar magħruf li l-inċident traġiku tal-bieraħ filgħaxija f’Bormla ħasad il-ħajja ta’ DJ Lito.

Sa ftit tax-xhur ilu, Lito kien ukoll DJ fuq Radio 101 għal numru ta’ snin.

F’dan il-filmat, insegwu wkoll it-tislima mingħand Lito lis-semmiegħa tiegħu!

DJ Lito se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis fit-8.30a.m fil-Knisja ta’ San Lawrenz il-Birgu

(Muntaġġ: Maria Grech)