Lokali

FILMAT : “Ningħaqdu għal tama ġdida għal Malta” – Simon Busuttil

“Wasal mument ieħor fejn pajjiżna qed isejjħilna u aħna rridu nkunu hemm għal pajjiżna b’messaġġ wieħed, li nwettqu politika onesta mibnija fuq is-sewwa”.

Kien dan fil-qofol tal-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni, li għaliha attendew eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Simon Busuttil qal li qed jintrabat li se tkun il-missjoni politika tiegħu li jnaddaf is-sistema politika f’pajjiżna darba għal dejjem, fid-dawl tal-kriżi ta’ korruzzjoni li dan il-Gvern jinsab fih. Simon Busuttil qal li qed jintrabat li jdawwar ir-rotta ta’ dan il-pajjiż, biex minn tellieqa lejn il-qiegħ għal tellieqa lejn il-quċċata.

kap protesta korruzjzoni

Simon Busuttil qal li l-Gvern issa qabeż kull limitu u wasal iż-żmien li l-poplu jgħid “daqshekk” għall-ħabi, il-ħmieġ, l-iskandli u l-korruzzjoni li ddominaw l-aħħar tlett snin ta’ Gvern Laburista. Meta kien qed jindirizza lill-eluf ta’ persuni li attendew il-Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni, Simon Busuttil għamel referenza għall-iskandli ta’ dan il-Gvern, b-aktar riċenti jkun dak tal-kumpaniji sigrieti li għandhom fil-Panama l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

 

 

 

 

Simon Busuttil qal li d-diskors tiegħu ma kienx qed jagħmlu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalsita iżda bħala mezz biex jagħti vuċi lill-poplu kollu li jinsab irrabjat u disgustat b’dak li qed jaraw. “M’hix protesta tan-Nazzjonalisti kontra l-Laburisti, iżda protesta tal-poplu kontra l-korruzzjoni. Mhux protesta tal-kulur blu kontra l-aħmar iżda protesta tal- abjad u l-aħmar bħall-bandiera Maltija.” Simon Busuttil qal li llum il-kotra qamet u qalet “ jien maltija. Miskin min ikasbarni. Miskin min jidħaq bija.”

Simon Busuttil qal li l-poplu wieġeb għas-sejha tal-PN għaliex bħala ċittadini tajbin, li jħallsu t-taxxi u jobdu l-iġijiet huma kburin bil-pajjiż u ma jitlobux pjaċiri mill-Gven. Il-poplu jitlob li ma jkollux ħmieġ iżda li jkollu politika nadifa. Il-poplu jrid politika nadifa għaliex irid jġħix f’pajjiż normali demokratiku u ewropew. Il-poplu jinsab irrabjat u disgustat meta jara affarijiet mhux normali u aċċettabbli għal pajjiż ewropew.

Simon Busuttil qal li tliet snin ilu Joseph Muscat sar Prim Ministru ta’ Malta b’maġġoranza kbirau kellu opportunità kbira li jbiddel il-pajjiż b’mod radikali. Kellu okkażjoni unika biex jagħmel il-qabża li hemm b’żonn biex iwettaq wegħda li jagħmel lil Malta l-aqwa fl-Ewropa. Inqas minn tliet snin wara dik l-opportunità tad-deheb tilifha darba għal dejjem. Minflok ma ħataf l-opportunità remiha u llum f’pajjiżna ninsabu f’sitwazzjoni fi kriżi ta’ korruzzjoni li qatt ma stennejna.

Simon Busuttil qal lil-pajjiż ma jistax jibqa’ jzappap minn skandlu għall-ieħor. Mhux aċċettabbli f’pajjiż demokratiku li xufier ta’ Ministru jispara fuq ħaddieħor. Mhux aċċettabbli li pompa tal-petrol illegali tiftaħ wara l-elezzjoni għaliex qabel l-elezzjoni sidha jkun iltaqa’ ma’ min sar Prim Ministru. Mhux normali li kumpannija li falliet, Cafe’ Premier, tingħata rigal ta’ €4 miljuni wara l-elezzjoni. Mhux normali li xi ħadd li jmur għand il-Gvern u ta’ nofs dar jieħu €3.5 miljun. Mhux normali f’pajjiż demokratiku li jkun hemm tixħim fil-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza u fil-ħruġ tal-visas. Mhux normali li Segretarju Parlamentari jieħu peremss tal-bini b’ingann, jew li xi ħadd jingħata art fiż-Żonqor. Mhux normali li Ministru tal-Ġustizzja jaħtar żewġ maġistrati bi ksur tal-Kostitutjoni.

Mhux normali li l-id il-leminija, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-id ix-xellugija, id-Deputat Mexxej tal-Prim Ministru jinqabdu li wara li daħlu fil-poter, fetħu kumpannija fil-Panama u nqabdu. Dan mhux normali mhux aċċettabbli. Simon Busuttil qal li l-poplu għalhekk jinsab irrabjat u disgustat. Hu żied li l-Prim Ministru mhux jitwemmen. Hu staqsa “Min jemmen li l-Ministru Mizzi għandu €92 fil-kumpannija tal-Panama.”

Illum in-nies jistaqsu “jekk l-id il-leminija u l-id ix-xellugija tal-Prim Ministru għandhom kumpannija fil-panama u l-Prim Ministru qed jiddefendihom flok ikeċċihom, x’interess għandu?

Dawn kellhom road map unika mhux kif se jużaw il-poter għall-ġid tal-poplu iżda kif se jabbużaw mill-ġid għall-interess tagħhom, sostna Simon Busuttil.
“Issa daqshekk gideb, ħabi, ħmieġ u skandli. Daqshekk korruzzjoni, qbiżtu kull limitu. Il-verità hi li dan il-Gvern f’inqas minn tliet snin wera li hu tassew imnawwar. Il-ħuta minn rasha tinten.”

Simon Busuttiul qal li hemm xi ħaġa agħar mill-korruzzjonmi. Din hi r-reazzjoni tal-Prim Ministru għal dak li qed jiġri. Li l-ħażin jiġi ġustifikat u difiż hu inaċettabbli. Simon Busuttiul qal li kieku kien hu Prim Ministru, kien ikeċċi lill-Kap tal-Uffiċċju tiegħu u lill-Ministru ‘l barra. Imma l-PrimMinistru qed jiddefendihom. Għalhekk qed iqumu l-mistoqsijiet. Għadu sa llum jiddefendih X’qed tistenna biex tkeċċi lil Konrad Mizzi u tneħħiu lil Keith Schembri.
Verità hi li din mhix biss kriżi ta’ korruzzjoni. Hi kriżi morali u ta’ tmexxija għaliex min imexxi l-pajjiż ma għandux sinsla morali ma għandux serjetà u irġulija u ma għandux il-valur tas-sewwa.

Simon Busuttil qal li l-Pri Ministru sostna li kien gġalih kien jattendi gġħall-protesta. “jekk se żżomm lil Kontrad Mizzi u lil Keith Schembri, allura ma tistax tkun fil-protesta. Jekk mhux se tiknishom int allura se jkun il-poplu Malti li jiknes lilek.”

Simon Busuttil qal li l-poplu ħa sehem fil-protesta wkoll għaliex għall-korruzzjoni qed iħallas il-poplu kollu. Filwaqt li Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu kumpanniji għalihom fil-Panama, il-ħaddiem mhux ilħaaq bil-paga tiegħu, il-cleaners għadhom bil-prekarjat, il-pensjonanti mhux isservihom il-pensjoni u dawk li jgħixu fil-housing soċjali sabu kirjiet ogħla.

Min ma jaġħllasx il-kont tad-dawl isib id-dawl maqtugħ. Min ibati bil-kanċer ikollu jmur jittallab għall-mediċina biex ikompli jgħix. Dan mhux sew u mhux aċċettabbli. Min juża tal-linja qed jieħu servizz diżastru u ċ-ċittadin normali qed iħallas l-ogħla prezz għall-ptrol u d-diesel.

Għall-korruzzjoni, għandu jħallas min qed iwettaq il-korruzzjoni minn Kastilja, qal Simon Busuttil, mhux il-poplu. “Nistennew ġustizzja. Nistenna lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni mingħajr dewmien fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Nistenna b’mod speċjali lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni u lill-FIAU biex jieħdu kull azzjoni.”

Simon Busuttil qal li jistenna li tkun investigata kull biċċa xogħol li għaddiet minn taħt idejn Konrad Mizzi u Keith Schembri. Hu elenka lista ta’ kuntratti li kienu negozjati fosthom il-bejgħ tal-Enemalta, l-impjant tal-BWSC, ix-xiri u l-bini tal-power station ġdida, ix-xiri taż-żejt, il-hdeging mas-SOCAR, il-privatizzazzjoni tal-isptar San Luqa, l-isptar Karen Grech u l-Isptar ta’ Għawdex.

“Nistennew li ssir ġustizzja. Jekk mhux se naraw li ssir ġustizzja, se tkun responsabbiltà ta’ Gvern immexxi mill-PN li jara li ssir ġustizzja.”
Simon Busuttiul qal li l-protesta saret ukolla għaliex il-popliu jrid tama ġdida għall-politika ta’ pajjiżna. Il-poplu jrid politika onesta u differenti. Din hi l-akbar sfida li għandu l-pajjiż illum. Wara li l-ewwel impenn fil-ħajja pubblika tiegħu kien dak li malta tissieħeb fl-UE, issa l-impenn tiegħu se jkun li jnaddaf is-sistema politika.

“Tafu l-istandards tiegħi quddiem il-korruzzjoni u l-irregolaritajiet. Pożizzjoni ċara ta’ ebda tolleranza għall korruzzjoni. Mhux bil-kliem biss iżda bil-fatti. Simon Busuttil wiegħed li jrid iubiddel is-sistema politika darba għal dejjem.

Hu qal li jintrabat li jdawwar ir-rotta tal-pajjiż u minn tellieqa lejn il-qiegħ idawwarha f’tellieqa lejn il-quċċata. L-ewwel pass ittieħed f’Diċembru bl-approvazzjoni tad-dokument “Nibnu politika ġdida.” Dokument li juri li l-PN irid ibiddel l-affarijiet bis-serjetà. Dan hu dokument miftuħ għad-diskussjoni pubblika. It-tieni pass hu dak tal-protesta kontra l-korruzzjoni. Appella lill-poplu biex jingħaqad mas-soċjetà ċivili kontra l-korruzzjoni. Din mhix ġlieda li jista’ jagħmel waħdu, qal Simon Busuttil iżda ġlieda li l-poplu jista’ jirbaħ bħala poplu magħqud. Hu appella lill-politiċi onesti biex jingħaqdu. Appella lill-Membri Parlamentari Laburisti biex ma jassoċjawx ruħhom mal-ħmieġ imma jassoċjaw mal-korpi kostitwiti u mal-poplu biex jaraw politika onesta u biex jaraw li l-affarijiet jinbidlu qabel ikun tard wisq.

Sejjaħ liż-żgħażagħ biex huma wkoll jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-korruzjoni għaliex inkella prezz li jridu jħallsu huma, jkun akbar.
Simon Busuttil qal li reġa’ wasal mument ieħor fejn il-pajjiż qed isejjaħ lill-poplu għaliex għandu bżonnu. Wasal mument ieħor fejn il-pajjiż jinsab f’diffikultà. “Ladarba pajjiżna għandu bżonna u qed isejjħilma irridu nkunu hemm għall-poplu kollu.

“Inkunu hemm b’valur u messaġġ wieħed li l-politika li rridu nwettqu tkun politika onesta u nadifa mibnija fuq is-sewwa għaliex pajjiżna dejjem hekk kien. Dejjem kien favur is-sewwa u is-sewwa jirbaħ żgur.”