Lokali

FILMAT : Nirien qawwija f’fabbrika f’bulebel

Ftiti tal-ħin ilu żviluppaw nirien qawwija fil-fabbrika SKAT Ltd. fiż-żona industrijali ta’ Bulebel. Il-fabbrika li tipproduċi likwidu tal-ħasil.

Fuq il-post waslu  membri tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien, iżda tant in-nirien huma qawwija, li qed jissejħu wkoll bowsers tal-ilma privati.

Persuni fuq il-post qalulna li n-nar jinsab fiż-żona fejn jinżammu l-kimiċi għall-prodotti tal-ħasil.

In-nar jidher li żviluppa minn żewġ containers li kien hemm barra (ritratt hawn taħt) u nfirexx maż-żona tla-fabbrika.

Fil-ħin tal-inċident ma kien hemm ħadd ġewwa l-fabbrika, li timpjega 16-il persuna, iżda bħala prekawzjoni kellhom jiġu evakwati l-ħaddiema ta’ żewġ fabbriki li jinsabu fl-istess akkwata.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Wara diversi siegħat, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom jikkonrollaw in-nirien. Ara dak li ħallew warajhom in-nirien f’dan il-link.

13265877_10154172393563582_368935684477704977_n

nirien

nirien 3

13271883_10208153062477425_372638093_o