Lokali

Filmat: Pajjiżna jispiċċa fuq Striscia la Notizia minħabba żball fil-protokoll

Żball fil-protokoll wassal biex pajjiżna spiċċa mxandar fuq il-programm satiriku Taljan Striscia la Notizia.

Filfatt waqt il-programm ixxandar l-episodju meta l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca marret tistenna lir-Reġina Eliżabetta II toħroġ minn naħa tal-lemin tal-karozza, mentri r-Reġina ħarġet minn naħa l-oħra.

Ir-Reġina sabet biss lir-raġel tal-President, Edgar, iżda mhux lill-President tant li kellu jkun ir-raġel tagħha li jgħinha tinżel mill-karozza. Sadattant il-President kellha ddur mal-karozza u tilqa’ lir-Reġina li kienet diġa’ barra tistenna.

Ara s-servizz ta’ Striscia la Notizia hawn.