Ekonomija Lokali

Filmat: Qbil dwar il-privatizzazzjoni parzjali tal-Air Malta, l-ewwel reazzjoni tax-Shadow Minister Claudio Grech

Il-Gvern ikkonkluda n-negozjati dwar il-futur tal-linja nazzjonali Air Malta u se jkun qed ibigħ ammont sostanzjali minn din il-linja lill-Etihad Airways iżda jonqos li jkun iffirmat il-ftehim.

Dan kien żvelat minn The Times f’rapport li fih intqal li fil-ġranet li gejjin se jkun iffirmat memorandum of understanding bejn iż-żewg partijiet biex ikunu jistgħu jibdew diksussjonjiet mal-unions dwar il-futur tal-ħaddiema. Wara l-memorandum of understanding se jkun iffirmat il-ftehim uffiċjali.

The Times tirraporta li l-ftehim minstenni jinkludi bildiet sinifikanti ta’ risstrutturar. Dwar dan jidher li l-unions għadhom mhux informati bil-kontenut tiegħu. Il-pjan hu li jibdew diksussjonijiet immedjati dwar il-futur tal-piloti, il-cabin crew u l-impjegati biex dawn ikunu konklużi kemmm jista’ jkun malajar.

Mnkejja r-rapport persistenti fil-media li l-Gvern kien viċin li jiffinalizza mal-Etihad, il-Gvern qatt ma kkonferma l-kontenut tal-negozjati. Mhux bsis ma kkonfermax mal-media iżda jidher li lanqas il-unions tal-ħaddiema m’huma informati bil-mod kif se jintlaqtu l-ħaddiema tal-Air Malta. Jidher li l-persentaġġ li l-Etihad se jkun qed tikseb fl-Air Malta hu dak massimu li jippermettu r-regoli tal-UE.

Ir-regoli preżenti tal-UE jistipulaw li l-Etihad tista’ tixtri sa amsimu ta’ 49.9% tal-ishma fl-Air Malta. Dan biex l-Air Malta tibqa’ kkunsidrata linja tal-ajru Ewropea u tkun tista’ tibqa’ topera taħt il-liċenzja Ewropea.

L-Etihad Airlines hi waħda mill-iktar linji tal-ajru li qed jikbru b’rata mgħaġġla u għandha reputazzjoni li tixtri linji tal-jru bi sfidi u ddawwarilhom ir-rotta.

Is-sena li għaddiet l-Etihad xtrat 49.9 fil-mija fl-Alitalia u salvata mill-falliment. Minkejja li m’għandhiex il-maġġoranza tal-ishma fl-Alitlaia, fir-realtà id-deċiżjonijiet dwar it-tmexxija ta’ kuljum jittieħdu mill-Etihad. Hu previst li dan il-mudell se jkun implimentat ukoll fl-Air Malta.

Fl-aħħar snin l-Air Malta kienet għaddejja minn proċess ta’ ristrutturar b’miljuni ta’ fondi mill-UE. Il-pjani tal-Air Malta kienu li ttemm is-sena finanzjarja li għaddiet b’telf ta’ €4 miljuni.

Dwar is-sitwazjzoni fl-Air Maalta kkummentaw kemm il-prim Ministru Jospeh muscat kif ukoll ix-Shaodw Minister tal-Oppożizjzoni għall-Ekonomija Claudio grech.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad li hemm ftehim iffirmat dwar l-Air Malta u sostna li l-gvern jinsab ifl-proċess li jiffirma ftehim inziali biex wara jibdew id-diksussjonijiet għlal-ftehim finali. Il-Prim Ministru qal li l-iffirmar tal-memorandum of understanding u l-ftehim finali se jkunu pubbliċi.

Ix-Shaodw Minister tal-Oppożizzjoni għlal-Ekonomija Claudio Grech tkellem dwar il-proċess ta’ riforma li kien beda Gvern Nazzjonalista u qal li aspett importanti f’dan il-proċess hu l-konsultazzjoni mal-unions tal-ħaddiema. Claudio Grech qal li fi żmien Gvern Nazzjonalista, l-Oppożiżzjoni kienet anki tipparteċipa fil-grupp ta’ ristrutturar tal-Air Malta biex xb’hekk jintbgħat messaġġ pożittiv li l-Air Maltaa, bħala linja nazzjonali, se tibqa’ tifforma parti esseenzjali mill-ekonomija Maltija.

Filmat: L-ewwel reazzjoni tax-Shadow Minister Claudio Grech