Lokali

FILMAT: Rekord ta’ 330 persuna jgħumu għal għan nobbli

B’parteċipazzjoni rekord ta’ 330 persuna, is-17-il edizzjoni ta’ Thomas Smith Charity Swim, kienet waħda ta’ suċċess hekk kif il-fondi kollha li nġabru marru b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kienet preżenti għal din l-attivita’. Hi irringrazzjat lil kull min kien preżenti.

L-għaqda tal-Salib l-aħmar u St. John’s Ambulance kienu preżenti għal din l-attivita’ biex jassistu lil dawk li jkunu preżenti jekk jkun hemm bżonn ta’ xi għajnuna.

L-ammont miġbur ta’ €14,000 mar b’risq il-Community Chest Fund.

ghumu 1