Lokali Mużika

FILMAT : Segwi l-aħħar lejl tal- “Coconut Grove” f’Paceville wara 30 sena

Wara li fil-jiem li għaddew, netnews.com.mt ħabbar li l-Coconut Grove kien se jagħlaq, il-lejl li għadda saret dik li issa hi l-aħħar serata ta’ mużika u divertiment fil-Coconut Grove f’Paceville.

Wara 30 sena, Coconut Grove mill-lum għalaq il-bibien tiegħu biex issa minflok se jinfetaħ ristorant.

L-Għeluq ta’ Coconut Grove qed jitqies bħala t-tmiem ta’ era għal eluf ta’ żgħażagħ, li għal numru ta’ snin qattaw is-sigħat fil-bar popolari għall-mużika rock f’Paceville.