Futbol Sport

FILMAT – Is-servizzi tal-erba’ partiti tal-lum mill-Kampjonat Premier

Ritratt ta' Christine Borg

Bejn illum u għada tintlgħab it-22 ġurnata tal-Kampjonat Premier. Fil-programm Replay Preview tal-bieraħ filgħaxija fuq Net Television, ingħatat ħarsa estensiva lejn is-sitt partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. F’dan l-artiklu tistgħu ssegwu s-servizzi awdjo-viżwali tal-erba’ partiti tal-lum u li se jintlgħabu fil-Hibernians Stadium u Victor Tedesco Stadium, b’kitba ta’ Christian Micallef.

Fis-2pm fil-Victor Tedesco Stadium, l-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Ivan Zammit bħala kowċ, Mosta tilgħab kontra Pembroke Athleta.

Illum ukoll fis-2pm, iżda fil-Hibernians Stadium, St. Andrews jilgħabu kontra Tarxien Rainbows. St. Andrews rebħu erba’ punti fl-aħħar żewġ partiti waqt li Tarxien ġejjin minn rebħa ta’ 4-0 kontra Qormi.

Il-leaders tal-Kampjonat Premier, Valletta se jkunu qed jilgħabu llum fl-4pm kontra Qormi fil-Hibernians Stadium. Fl-ewwel rawnd Valletta kienu rebħu 2-1 u dak in-nhar kien spikka l-ġmiel ta’ gowl li skorja Federico Faclone, li sal-lum hu probabilment l-isbaħ gowl tal-Kampjonat Premier.

Ir-raba’ partita mill-programmi ta’ partiti għall-lum is-Sibt hi dik bejn Sliema Wanderers u Naxxar Lions li tintlgħab fl-4:15pm fil-Hibernians Stadium. Iż-żewġ naħat se jkunu qed ifittxu rebħa, b’Sliema huma l-favoriti li jiksbu t-tliet punti minn dan il-konfront.

Dawn is-servizzi kollha jidhru kull ġimgħa fil-programm Replay Preview li jixxandar il-Ġimgħa filgħaxija fid-9pm fuq Net Television. Il-programm hu produzzjoni ta’ Christian Micallef u Stephen Chircop waqt li Stewart Said jgħin fil-produzzjoni.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.

Ritratt ta’ Christine Borg.